Persuna ta’ 73 sena mis-Siġġiewi iddaħħlet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident fis-Siġġiewi stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.20pm fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi, meta għal xi raġuni Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn persuna ta’ 31 sena mis-Siġġiewi kienet involuta f’ħabta ma’ Toyota Corolla oħra misjuqa minn persuna ta’ 20 sena mis-Siġġiewi ukoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħa lill-persuna ta’ 73 sena, li kien passiġġier f’waħda mill-vetturi, l-isptar għall-kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.