Franċiża ta’ 44 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident li kellha fi Triq Borġ Għarib, f’Għajnsielem Għawdex.
L-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija urew kif il-Franċiza kienet qed issuq quadbike tat-tip Adly meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura, b’konsegwenza li ħabtet ma’ ħajt.
Il-Franċiża ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura. Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejin.