F’Ħadd il-Għid isiru s-semi finali tal-Kampjonat Krafft – One News

Notifiki

F’Ħadd il-Għid isiru s-semi finali tal-Kampjonat Krafft

Ħadd il-Għid sar id-19 il-programm ta’ l-istaġun fejn l-aktar żewġ tiġrijiet mistennija kienu bla dubju s-semi finali tal-Kampjonat Krafft għall-Klassi Silver fuq distanza ta’ 2140m. Bil-wiċċ tal-korsa magħmul ġdid din il-ġimgħa ħadd ma kien qed jistenna ħinijiet veloċi pero’ ir-riħ qawwi li kien qed jonfoħ ukoll affetwa l-veloċita taż-żwiemel. Capac Boko misjuq minn Clint Vassallo ħa t-tielet rebħa konsekuttiva tiegħu fl-ewwel semi finali filwaqt li Hallas Judex irreġistra r-raba’ rebħa konsekuttiva tiegħu misjuq minn Charles Magro fis-semi finali l-oħra.

It-tiġrija tal-Premier rat l-ewwel rebħa tas-sena għall-Quick Fix misjuq għall-ewwel darba minn Cliferty Calleja. Uncle Wise As misjuq minn Clint Vassallo, Uniaxe Erem misjuq minn Frankie Abdilla u Un Vent d’Ouest misjuq minn Julian Farrugia ħarġu rebbieħa fi Klassi Gold bl-ewwel tnejn ikunu qed jirreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom f’Malta u l-ieħor l-ewwel rebħa staġonali.

Maryland misjuqa minn Rodney Gatt rebħet għat-tieni darba din is-sena u Azur misjuq minn Chris Vassallo ħa l-ewwel rebħa ta’ l-istaġun f’tiġrijiet riservati għall-klassi Silver. Iż-żewġ tiġrijiet tal-Klassi Bronze raw l-ewwel rebħa f’Malta għal Oxygen Bi misjuq minn Ian Galea u Bolide d’Azur misjuq minn Jeffrey Said.

Nhar il-Ħadd li ġej issir l-akbar finali fil-kalendarju tat-trott lokali meta tinġera l-BOV Tazza l-Kbira bi 12 il-żiemel ta’ l-ogħla klassi. Barra minn hekk bħal dejjem programm varjat għall-familja kollha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend