Waqt li eluf ta’ tfal jinsabu għaddejjin bil-btajjel tal-Għid, iċ-ċentru Nazzjonali tax-Xjenza Interattiva l-Esplora nieda numru ta’ attivitajiet għall-familja kollha f’din il-ġimgħa ta’ btajjel għat-tfal.
Permezz tal-attività Festa Familja, l-Esplora kompla jressaq ix-xjenza lejn l-istudenti. Fil-bini tal-Esplora fil-Kalkara kienu għaddejjien numru ta’ attivitajiet. Fosthom spettaklu bil-kunċett ta’ buzzieqa.
It-tfal setgħu jsegwu kif permezz ta’ buzzieqa u kimiċi differenti, jingħataw spjegazzjoni dwar kunċetti tax-xjenza fosthom ir-reazzjoni kimika. Matul l-attività ttella’ wkoll workshop sabiex minn fost it-tfal ta’ età zgħira titqajjem kuxjenza dwar l-uzu tal-plastik u biex ma narmux plastik fil-baħar, sabiex insalvaw l-ibħra tagħna.
F’parti oħra tal-Esplora, it-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom ingħataw l-opportunità sabiex b’materjal irriċiklat jibnu satellita. Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Esplora Jeffrey Pulicino Orlando tkellem dwar l-importanza ta’ dan iċ-ċentru. Qal li dan se jkompli jtella’ aktar attivitajiet bħal dawn u jinvesti f’attrazzjonijiet oħra.
Ma twaqqif tal-Esplora qegħdin nestendu l-operat tagħna. Se nagħmlu wkoll ‘natural history museum’ mad-dawra tal-penisola.