Ir-ristorant Dcentre fil-Birgu ddeċieda li jżomm il-mejda tal-ikel f’nhar l-Għid armata u ppreparata għal Graziella u Fallon Mallia minkejja li dawn mietu traġikament fl-inċident ikrah tat-traffiku ta’ ġimgħa ilu.
Jidher li Graziella u Fallon kienu ta’ kull Għid il-Kbir jikkonkorru lejn dan ir-ristorant u kienu diġa rriservaw post għall-Għid ta’ din is-sena.
Iżda d-destin kien kiefer magħhom u din is-sena ma kinux se jkunu fuq dik il-mejda bħal ma kienu jagħmlu qabel.
Biex ifakkru l-memorja taż-żewġ persuni maħbuba tant f’Ħaż Żabbar, id-diriġenti tar-restorant Dcentre ħasbu biex jagħmlu dan il-ġest sabiħ billi jħallu l-mejda armata, iżda vojta. Mejda li faċilment setgħet ġiet riżervata għal klijenti oħra.