FILMAT: Iċċedi t-tieqa ta’ Għar Ħanex fil-Qrendi – One News

Notifiki

FILMAT: Iċċedi t-tieqa ta’ Għar Ħanex fil-Qrendi

Bejn il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt intradam għalkollox Għar Ħanex li jinsab mal-kosta tal-Qrendi, bejn Wied iz-Zurrieq u Għar Lapsi. Dan wara li ċeda blat kbir minn ma’ l-irdumijiet li hemm mal-kosta tal-Qrendi. Dan it-tiġrif iffurmata tieqa fil-blat.

Iżda din it-tieqa għebet f’ħakka t’għajn wara li ġarrafha r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin matul il-lejl tal-Ġimgħa u Sibt. It-tiġrif tat-tieqa jidher li seħħ kmieni fl-għodwa tas-Sibt u ħoloq toqba fil-blat.

Esperti fil-ġeoloġija spjegaw ma’ one news li t-tiġrif ta’ Għar Ħanex kien rizultat tal-fatt li l-blat mal-kosta huwa dgħajjef ħafna u kulmu jmur qiegħed ikompli jittiekel. Għar Ħanex kien jinsab fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-irdum, mal-kosta qrib iż-żona magħrufa bħala Ras il-Miġnuna.

It-tiġrif ta’ Għar Ħanex ħoloq reazzjoni ta’ dispjaċir fuq il-midja soċjali, l-aktar fost dawk li kienu midħla ta’ dan il-post l-aktar għal xi passiġata qalb l-irdumijiet. Qalulna li fl-istaġun tas-sajf dan l-għar kien ikun iffrekwentat minn bosta għawwiema l-aktar minħabba s-sbuħija naturali bla qies li joffri dan il-post.

Is-Sindku tal-Qrendi David Schembri wera wkoll id-dieqa tiegħu għat-tiġrif ta’ dan l-għar u iddeskrivih bħala ikona oħra għar-raħal tal-Qrendi.

Ritratt: Joseph Psaila 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend