Skont rapporti fil-midja internazzjonali, seħħet splużjoni qrib il-kapitali Afgana, Kabul, biswit il-Ministeru għall-Informazzjoni.
Sorsi qalu mal-kamra tal-aħbarijiet tal-BBC li kien hemm tliet agressuri, b’wieħed minnhom irnexxielu jidħol fil-binja.
Sa issa l-ebda grupp ma qal li wettaq dan l-attakk, li qed isir wara sospensjoni ta’ taħdidiet bejn il-gvern u ribelli Talibani.