Joseph Zammit ta’ 41 sena minn Tas-Sliema, residenti f’San Pawl il-Baħar ġie lliberat minn akkużi ta’ serq minn dar privata fl-Iklin.
Zammit, li kien akkużat b’serq ta’ xi oġġetti minn dar privata fl-iklin u li saq karozza mingħajr liċenzja, inħeles mill-akkużi wara li l-Qorti ma sabitx lill-imputat ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-każ imur lura għal Frar tal-2006, meta Joseph Zammit kien allegat li seraq minn dar fl-iklin għad-dannu ta’ Kenneth Micallef. L-imputat u t-tfajla li kienet miegħu kienu arrestati, iżda meta saret tfittxija fuqhom, irriżulta li ma nstab xjen. It-tfajla kienet inħelset mill-arrest, filwaqt li ttieħdu proċeduri kriminali kontra Zammit.