‘Ma nistax nifhem kif ser inkompli ngħix ħajti imma nemmen li ser tkunu hemm miegħi u ma missieri f’kull pass u deċiżjoni li ser nagħmlu.’
Kien dan il-kliem li Andonia Mallia, oħt u bint iż-żewġ vittmi fl-inċident tat-traffiku fl-Imġarr il-Ħadd li għadda, tellgħet fuq Facebook ftit wara li ngħatat l-aħħar tislima lil Graziella u Fallon.
Kompliet titlob lil ommha u oħtha sabiex jħarsu lilha, lil missiera u lit-tifel u nannitha, b’dawn it-tnejn għadhom l-isptar jissieltu mal-mewt. Qalet kif l-operazzjoni fuq in-nanna Lucy kienet suċċess.
Andonia wegħdet li ser tieħu ħsieb lit-tifel bl-istess imħabba u għożża bħal ma kienu jagħmlu Graziella u Fallon
Hija rringrazzjat ukoll lil kull min mar il-funeral u lil kull min wera s-sapport tiegħu jew tagħha f’dan iż-żmien diffiċli.
http://www.one.com.mt/2019/04/17/tinghata-l-ahhar-tislima-lil-omm-u-bint-li-mietu-fincident-tat-traffiku/