Persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li żviluppa xi nar fuq il-jott li kien fuqu.
Dan ġara fi Triq ix-Xatt f’Ta’ Xbiex għall-ħabta tal-10.30. Fuq il-post issejħu membri tal-protezzjoni ċivili, ambulanza kif ukoll il-pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku fl-akkwata.
Jidher li n-nar ġie kkontrollat.
Aktar dettalji dalwaqt.