Il-mexxejja tal-protesti fit-toroq tal-kapitali Sudaniża Khartoum sejħu lid-dimostranti biex jibqgħu jipprotestaw għal jumejn.
F’kolp ta’ stat il-militar ħa f’idejh il-poter filwaqt li neħħa mill-poter lill-mexxej Omar al-Bashir – wara tletin sena fil-poter.Il-militar għandu ppjanat li jmexxi għal sentejn – sakemm isiru elezzjoni ġodda, imma d-dimostranti qed jitolbu għal tmexxija ċivili, u mhux militari.
Ir-riżenja tal-Kap tal-Kunsill Militari Awad Ibn Auf, ma kinitx biżżejjed biex twaqqaf lid-dimostranti milli jkomplu bil-protesti.
Intant il-kolp ta’ stat mill-militar biex tneħħa al-Bashir mill-poter kien wasal wara xhur ta’ diżgwid li beda f’Diċembru wara żieda fil-prezzijiet.