“Ma jistax ikun hemm min fi ħdan il-Partit Nazzjonalista stess li jagħmel il-bsaten fir-roti.”
Iddikjara dan il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-parlament ewropew Frank Psaila. Wieħed mill-ftit persuni qrib il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Frank Psaila reġa’ kkonferma l-istat ta’ inkwiet u firda li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista. Bil-fazzjoni ta’ Adrian Delia ma tarax għajn m’għajn mal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
“Ma jistax ikun hemm min fi ħdan il-Partit Nazzjonalista stess li jagħmel il-bsaten fir-roti” qal Psaila.
Frank Psaila għamel din id-dikjarazzjoni siegħa wara li fil-Parlament id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li partit nazzjonalista huwa partit borġ ġebel. Dikjarazzjoni li biha Frank Psaila ikkundana lil Ivan Bartolo.
Ivan Bartolo f’sensiela ta’ botti, qal li Adrian Delia għandu jirrizenja talli daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni, u anki lid-deputat Kristy Debono talli ltaqgħet u talbet kamra bla ħlas għal partit lil Yorgen Fenech, li l-oppozizzjoni akkużatu li huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black.
Frank Psaila qal li fil-Partit Nazzjonalista hemm ġlieda. Għax min qiegħed jiġbed ħabel naħħa u min jiġbed il-kumplament tal-ħabel in-naħa l-oħra. Bil-fazzjoni ta’ Adrian Delia ma tinvolvix fil-ħidma lill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, u ta’ Busuttil ma jikkoperawx ma’ ta’ Delia.
“Jaqbad id f’id u jiġbed ħabel wieħed…Meta jkollok tug of war dik l-agħar ħaġa li jista’ jkollu partit politiku” saħaq Psaila.
Psaila akkuża lid-deputati qrib Simon Busuttil li m’humiex jgħinu lil Delia u b’nuqqas ta’ rispett lejn l-għeruq tal-Partit.
“Kun qed iġib rispett nuqqas ta’ rispett lejn nies bħalkom”
Frank Psaila qal li l-għadu għandu jkun Joseph Muscat, u mhux nies mill-stess Partit.
“Ir-responsabbilta ta’ kull wieħed u waħda minnha hija li naħdmu għal għan wieħed. Naħdmu għal dik il-bandiera tal-PN u naraw l-opponent politiku tagħna ma jkunx sħabna fl-istess partit imma jkun il-gvern ta’ Joseph Muscat f’dan il-każ.”
Minkejja li Frank Psaila qiegħed jikkontesta elezzjoni tal-Parlament Ewropew u jekk jiġi elett fi Brussel irid jaħdem għall-interess tal-poplu malti, qal li hu jaħdem għall-bandiera tal-Partit Nazzjonalista.
Intant fi tweġiba mibgħuta lil ONE NEWS, Frank Psaila li fid-diskors tiegħu tkellem b’mod ċar li “Ma jistax ikun hemm min fi ħdan il-Partit Nazzjonalista stess li jagħmel il-bsaten fir-roti”, ħareġ jakkużana b’gideb għax qal li mkien fid-diskors tiegħu ma qal dan id-diskors għax hu jitkellem dejjem dwear l-għaqda. Dan fl-istess diskors li tkellem dwar tug of war fil-partit.
Din t’hawn taħt hija t-tweġiba li bagħat Psaila lil ONE NEWS.
F’dan is-servizz ingħatat l-impressjoni li jien semmejt lil Dr Simon Busuttil u lid-deputat Ivan Bartolo. Din gidba ta’ One News.
B’mod oxxen, One News silet bicciet mid-diskors tieghi, xandarhom, imbad bejn clip u ohra zeffen fin-nofs lil Dr Busuttil u lis-Sur Bartolo.
L-istess rapport ta’ One qal “Psaila akkuza lid-deputati qrib Simon Busuttil li m’humiex jghinu lil Delia u b’nuqqas ta rispett lejn l-gheruq tal-partit”. Imkien fid-diskors tieghi ma ghedt hekk. Imkien fid-diskors tieghi ma semmejt deputat jew lil Dr Busuttil.
Naf li se niddizappunta lil One News, imma bl-iswed fuq l-abjad nghidilkom illi lejn Simon Busuttil, Ivan Bartolo u kull min jimmilita fil-PN ghandi biss rispett ghas-sens ta servizz u dover taghhom. Izda bhala nazzjonalist, li nhobb il-partit, nitkellem dejjem dwar l-ghaqda.