Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, għamel diskors fil-Parlament sabiex jitkellem dwar il-ħsara li qiegħda issir lill-Partit Nazzjonalista, mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-ftit d-deputati ta’ madwaru.
B’botti lejn Adrian Delia, Ivan Bartolo uża l-metafora tal-“borġ ġebel” sabiex jiddeskrivi l-istat imkisser li jinsab fih l-Partit Nazzjonalista. Partit imexxi minn Kap, li għandu akkużi li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni. Imġiba inaċċetabbli għal Ivan Bartolo.
“Trid tkun bla qalb tara partit borġ ġebel, u l-imġiba tiegħek tkun waħda inaċċetabbli” qal Bartolo.
Ivan Bartolo ingħaqad mad-deputati nazzjonalisti Jason Azzopardi u Claudette Buttigieg, li qalu li d-deputati nazzjonalisti Kristy Debono u Hermann Schiavone qegħdin jagħmlu ħsara lill-Partit meta riedu kamra bla flus għall-Partit Nazzjonalista, mingħand Yorgen Fenech u ltaqgħu miegħu. Dan meta l-oppożizzjoni kienet allegat li huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black.
Ivan Bartolo, minkejja li ma semmiex lil Adrian Delia u lil Kristy Debono, ikkritika l-mod kif din il-laqgħa saret bil-moħbi tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
“Tan-nies li jiltaqgħu bejn erba ħitan u jħawdu bejniethom” saħaq Bartolo.
Ivan Bartolo, li ma riedx iċedi s-siġġu parlamentari tiegħu lil Delia, qal li fil-Partit hemm sitwazzjoni fejn hemm min qiegħed jgħaddi b’gaffa u jinsa lill-oħrajn fl-stess partit.
“Min isir gaffa u jgħaffeġ fuq l-oħrajn u adio sħabek tal-Partit li wkoll jirriflettu parti minnek.”
“Qegħdin fi stat tal-biki” qal Ivan Bartolo lejliet appuntament elettorali għal Partit Nazzjonalista. Sena u sebgħa xhur wara li Adrian Delia ħa tmexxija tal-Partit f’idejh, l-inkwiet ma waqaf qatt. Bil-fazzjoni ta’ Delia ma tarax għajn m’għajn, mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.
Ivan Bartolo, b’botta lejn Adrian Delia, qal li kien għażla ħazina u għamel akkuża li ġie elett b’ingann. Filfatt fl-elezzjoni għal ħatra ta’ Kap, Jean Pierre Debono, ir-raġel ta’ Kristy Debono, uża prokuri b’firem foloz biex seta’ jiġbor dokumenti tal-voti ta’ tesserati għall-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista li wasslet għall-ħatra ta’ Adrian Delia fit-tmun tal-partit.
“Għal għażla ħażina li ssir, forsi għax tkun ġejt elett b’mod ingannat.”
F’ġimgħa ta’ maltemp kbir għal Partit Nazzjonalista, Ivan Bartolo, b’botta lejn Kristy Debono, qal li nħolqot maltempata u “ħaqqha tixxarrab jekk ma jkollhiex umbrella”. Metafora li uża sabiex jgħid li Kristy Debono għandha tirrizenja wara li iltaqgħet ma’ Yorgen Fenech u talbitu kamra b’xejn għal Partit Nazzjonalista.
F’botta oħra lejn Kristy Debono, Ivan Bartolo qal li kieku tirrispeta l-Partit, tirrizenja.
“U kieku vera tħobb l-organu min fejn int ġej, ġejja, jekk jien qiegħed inħammeġ lilek jew lil sħabek, allura jkolli nwarrab f’ġenb.”
Ivan Bartolo tkellem fil-plural, u qal li l-unika tama hi l-jtiru mill-politika. Botta lejn Adrian Delia u Kristy Debono sabiex jirrizenjaw. It-tnejn qegħdin jiffaċjaw akkuzi serji, b’Debono titlob kamra b’xejn mingħand negozjant li kien fil-mira tal-partit, u Adrian Delia b’akkużi ta’ ħasil ta’ flus.
“U allura jekk illum hemm xi ħadd li jizbalja għandu jwarrab” “U allura itiru barra mix-xena, dik hija l-unika tama” qal Bartolo.
Id-deputat nazzjonalista Ivan Bartolo qal li għax huwa tkellem il-verità, wara d-diskors tal-Ħamis filgħaxija, se jiġi kritikat.
“Il-bniedem li ma jridx jisma ħafna drabi imbad ngħajrek, u forsi hekk se jiġrili jien wara dan l-aġġornament.”