Eks suldat li kien akkużat bil-qtil tal-ġurnalist investigattiv Slovakk Jan Kuciak ammetta l-qtil. Dan skont tliet aġenziji tal-aħbarijiet, fosthom aktuality.sk, fejn kien jaħdem l-istess Kuciak.
Kuciak u l-maħbuba tiegħu Martina Kusnirova nqatlu f’darhom b’arma tan-nar fi Frar tas-sena l-oħra.
Dan hekk kif hu kien fl-aħħar preparamenti sabiex ikun ippublikat rapport fuq l-allegat rabtiet bejn il-politiċi Slovakki, il-mafja Taljana u irregolaritajiet f’pagamenti sussidjarji tal-Unjoni Ewropea.
Aktuality.sk, li hija proprjeta tal-pubblikatur Ġermaniż Axel Springer, kwotat sors informat sew li qal li Miroslav Marcek, eks suldat professjonali, ammetta għal qtil doppju.
L-aġenziji RTVS u Dennik N ukoll irrappurtaw li Marcek ammetta, u kwotaw sorsi anonimi tal-pulizija.