Id-Dalai Lama ħareġ minn sptar f’Delhi, tliet ijiem wara li ddaħħal b’infezzjoni f’sidru.
Il-mexxej spiritawli Tibetan qal li ħassu normali, skont kif irrappurtat minn Associated Press.
Il-kelliem tiegħu Tenzin Taklha qal li r-raġel ta’ tlieta u tmenin sena sofra minn sogħla ħafifa u issa kien jinsab tajjeb.
Id-Dali Lama, li huwa rebbeiħ tal-Premju Nobel għall-Paċi, ħarab lejn l-Indja sittin sena ilu wara li falla attentat kontra t-tmexxija Ċiniża.
Huwa qed jgħix fl-eżilju fil-belt Indjana Dharamsala.