Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu għall-għajnuna wara nirien fil-Gżira.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00 fi Triq Tas-Sliema fil-Gżira meta allegatament inħarqet borma f’residenza fil-Gżira.
Fi ftit ħin il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.