Sospensjoni taparsi biex tipprova tinħeba l-firda fil-PN – Il-PL – One News

Sospensjoni taparsi biex tipprova tinħeba l-firda fil-PN – Il-PL

Bi tmexxija ta’ Delia, il-PN hu partit maqsum iktar minn qatt qabel. Partit li spiċċa jieħu azzjonijiet finta bil-għan li jipprova jaħbi l-inkwiet intern li mhu jieqaf xejn, qal il-Partit Laburista b’reazzjoni għas-sospensjoni tad-deputat nazzjonalista Hermann Schiavone mill-grupp parlamentari Nazzjonalista.

Fuq naħa,għandek klikka tattakka dak kollu li ġej min-naħa tal-Kap tal-Partit u fuq in-naħa l-oħra għandek klikka li tivvinta l-iskużi u taġixxi b’mod ‘fake’ biex tipprova ssalva lill-Kap. Għalhekk saret din is-sospensjoni taparsi minn wieħed minn tnejn min-nies li għamlu l-istess ħaġa flimkien u li fuq kollox kien ilu diversi jiem jiddefendiha u jattakka lil min ikkritikaha.

B’hekk hu ċar li l-ftehim hu li din is-sospensjoni tintuża biss għalissa biex id-deputati tal-PN ma jibqgħux jitgħajjru fil-miftuħ ġimgħat qabel appuntament elettorali.

Schiavone jissospendi lilu nnifsu mill-grupp parlamentari tal-PN

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend