BIL-FILMAT: Restawr u rinovar fuq fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Belt Valletta b’investiment ta’ €200,000 – One News

BIL-FILMAT: Restawr u rinovar fuq fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Belt Valletta b’investiment ta’ €200,000

Ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr jinsabu għaddejjin b’xogħlijiet estensivi biex fost oħrajn tinfetaħ berġa għall-komunità Beltija fil-qalba tal-Belt fil-binja tal-Kunsill Lokali.

Ix-xogħol b’investiment ta’ mitejn elf ewro se jwassal għal ftuħ ta’ librerija lokali u biex jiġi installat lift biex jitjieb l-aċċess għal-Librerija Nazzjonali.

Il-Perit Chanelle Busuttil li hija responsabbli mill-proġett qaltilna li l-binja kellha tiġi rinforzata minħabba l-ħsarat li ġarrbet tul is-snin.

“Dan kien jinkorpora ħafna xogħol biex stajna nsibu l-ġebla oriġinali li kien fiha naqra ħsara mhux ħażin u allura kellu jsir ċertu ri-infurzar strutturali u restawr biex ikollna dak li ngħidulha l-iskaletru biex nibdew naħdmu”

Apparti r-restawr fuq il-ġebla, li kellha tiġi miksija b’materjal apposta li ma jagħmilx ħsara lill-ġebla, qed isir xogħol strutturali biex il-binja tkun tista’ taqdi l-ħtiġijiet tal-Beltin.

“U fejn ħa jkun hemm ukoll il-berġa fejn jista’ jpoġġi t-tabib għall-komunità tal-Belt u li jkun jista’ jaqdi funzjonijiet li forsi s’issa l-Beltin kellhom dejjem jinqdew mill-Furjana”

Ix-xogħol jinkludi t-tindif tas-sular ta’ taħt il-binja miż-żoni ta’ esebizzjoni li kien hemm qabel, li jinkludu injam, ġibs u ħitan diviżorji u materjali oħra preżenti fis-sit.

Dan is-sular mifrux fuq medda ta’ ħames mitt metru kwadu se jwassal biex jikber b’mod konsiderevoli l-ispazju disponibbli għal Kunsill.

Il-Ministru, Owen Bonnici, qal li l-gvern huwa kommess li jgħin lill-komunità Beltija biex ir-residenti jkunu moqdija aktar filwaqt li tiżdied l-aċċessibilità.

“Hawnhekk hawn komunitá li hija nieqsa minn ċertu faċilitajiet u l-wegħda tagħna kienet li aħna nisimgħu dik it-talba”

Ix-xogħlijiet fuq il-faċilitajiet mistennija jkunu lesti sal-aħħar tas-sajf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *