Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea mistennija jiltaqgħu f’summit t’emerġenza fi Brussell biex jiddeċiedu jekk joffrux lir-Renju Unit, posponiment ieħor għal Brexit.
Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May trid tipposponi d-data li r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea sat-30ta’ Ġunju li ġej.
Iżda l-Unjoni Ewropea mistennija ġġedded dan id-dewmien wara li l-president tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk ħeġġeġ lis-27 mexxej ieħor tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex jappoġġjaw estensjoni flessibli sa maxximu ta’ sena, b’xi kundizzjonijiet.