Sebgħa u tmenin elf mija u tnax-il student barrani ġew pajjizna s-sena li għaddiet sabiex jitgħallmu l-ingliż. Bejniethom ġġenerraw fl-ekonomija Maltija aktar minn mija sebgħa u tletin miljun ewro.
Dan ħareġ minn studju li sar bejn l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika u l-kumpanija tal-awdituri Deloitte.
L-istudju li ġie ppubblikat waqt konferenza tal-aħbarijiet juri li f’pajjizna hawn tmienja u tlettin skola tal-ingliz stabbiliti li joffru tagħlim tal-ingliz lill-studenti barranin.
Daniel Xerri chairperson tal-kunsill li jirregola l-iskejjel tal-ingliz f’Malta, tkellem dwar l-importanza tal-istudenti barranin f’pajjizna li jiġu Malta jitgħallmu l-ingliz.
“Settur b’saħħtu, importanti għal ekonomija maltija. Issa nharsu lil hin minhekk markets lejn Russia. Studenti jibqgħu malta.”
Kważi nofs l-istudenti li ġew jitgħallmu l-ingliz f’Malta kienu ġejjien mill-Italja, il-Ġermanja u Franza. Ir-russja kienet ir-raba l-ikbar suq li minnha ġew studenti jitgħallmu l-ingliz f’Malta.
Fl-elfejn u tmintax, pajjizna ra zieda fis-settur turistiku, fix-xhur kwieti għat-turizmu, grazzi għall-istudenti li ġew jitgħallmu l-ingliz Malta.
“Jiġu hawnhekk għax jafu li malta tista tikkompeti ma suq globali u jħarsu lejn pajjiz li qiegħed joffri livell għoli u malta għandha x toffri.”
Prezenti għal presentazzjoni tal-istudju kien hemm il-Ministru għall-edukazzjoni Evarist Bartolo.