Mad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, issa ngħaqdet ukoll fil-miftuħ id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg, fil-kritika tagħha ejn id-deputati Nazzjonalisti Kristy Debono u Hermann Schiavone.
Claudette Buttigieg, xerrdet artiklu fuq Twitter, li jitkellem dwar il-ħsara li għamlu Kristy Debono u Hermann Schiavone, minħabba laqgħa li kellhom il-Ġimgħa li għadda ma’ Yorgen Fenech li fl-aħħar xhur l-Oppożizzjoni allegat li kien is-sid tal-kumpanija 17 Black.
Meta xerrdet artiklu ta’ Petra Caruana Dingli, persuna qrib sew tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, Claudette Buttigieg ikkummentat u qalet, “ħafna żballji ta’ ġudizzji”
Dak li kitbet Claudette Buttigieg, intgħoġob mill-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut, li għamel like taħt il-post ta’ Buttigieg.
L-artiklu ta’ Petra Caruana Dingli jitkellem dwar l-ipokresija tal-Partit Nazzjonalista li wara li d-deputati u l-ewroparlamentari Nazzjonalisti ma waqfux jirrepetu l-allegazzjonijiet dwar il-kumpanija 17 Black, Kristy Debono u Hermann Schiavone marru jiltaqgħu miegħu u biex jitolbu kamra b’xejn mingħand Yorgen Fenech għall-konferenza politika tal-Partit Nazzjonalista.
Intant, f’mument fejn il-Partit Nazzjonalista jinsab fi stat ta’ firda u qasma kbira bejn il-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-eks kap Simon Busuttil, ikkumnenta ukoll David Griscti, l-ex President tal-AZAD u esponent nazzjonalista qrib sew ta’ Simon Busuttil.
Taħt artiklu li rrapporta l-iżball ta’ ġudizzju li qalet li għamlet Kristy Debono, Griscti li kien iddikjara li Adrian Delia ma setax ikun kap tajjeb minħabba l-karattru u l-passat tiegħu, kiteb li fil-Partit Nazzjonalista ilhom isiru żbalji ta’ ġudizzju. Hawn ipponta subgħajh direttament lejn nies mill-fazzjoni ta’ Adrian Delia li skontu għamlu ħafna bsaten fir-roti lill-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil.
Fakkarhom f’bosta eżempji bħal meta fl-aħħar elezzjoni ġenerali, nies fil-qalba tal-partit illikjaw lil ONE NEWS id-diskors tal-mass meeting ta’ Simon Busuttil. Fakkarhom ukoll f’dak li sejjaħ xebgħa tixwix mar-residenti tad-distrett kontra kandidati oħra jew bħla meta vvintaw stejjer foloz fuq kadidati sħabhom. Iżda fi kliemu l-ikbar żball ta’ ġudizzju huwa kull min jafda l-vot tiegħu f’idejn dawk li sejjaħ sriep tradituri tal-Partit Nazzjonalista. Dak veru error of judgement… error of judgement madornal, temm jgħid l-Avukat Griscti.