Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fi Frar li għadda żaru pajjiżna 125,198 turist, żieda ta’ 2.3% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.
L-NSO qal li aktar minn 100,600 turist żaru Malta għal btala waqt li kważi 15,000 oħra kienu f’pajjiżna għan skop ta’ negozju.
Joħroġ ukoll li l-ikbar sezzjoni ta’ turisti li żaru lil Malta kellhom bejn il-25 sena u l-44 sena.
L-għadd ta’ ljieli li qattgħu f’Malta t-turisti żdiedu bi 3.5% u laħqu kważi 775,000 lejl.
In-nefqa tat-turisti fi Frar kienet ta’ €71.2 miljun.
Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li fl-ewwel xahrejn tas-sena, żaru Malta aktar minn 253,000 turist, żieda ta’ ta’ 2.3% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet biex sal-aħħar ta’ Frar nefqu f’Malta kważi €156 miljun.