Bejn it-28 ta’ Marzu w l-1 t’April li għadda, grupp ta’ kantanti akkumpanjati minn ġenituri u qraba ħallew Malta lejn Sofia fil-Bulgara biex jieħdu sehem fit-8 edizzjoni tal-Abanico Internacional Festival, il-kontiġent Malti kien immexxi mid-direttriċi ta’ Singer Stage Malta ‘Kaya’ Priscilla Giordano Psaila.
Il-Kantanti li ħadu sehem kienu Elisa Muscat u Nedved Galea żewġ studenti ta Singer Stage u Eliana Gomez Blanco studenta ta Harmonic Ensamble li titgħallem ma Danica Muscat u Mro. Joseph Chircop.
Elisa Muscat ħadet sehem fis-Seżżjoni B għal kantanti ta bejn id-disa u tnax -il sena, fejn kantat ‘Hemm Sbuħija’ u ‘Evil Like Me’ u spiċċat biex rebħet Grand Prix ta’ Seżżjoni ‘B’.
Eliana Gomez Blanco li ħadet sehem fis-Seżżjoni C dik ta bejn tlettax u ħmistax -il sena bil-kanzunetti ‘Back It Up’ u ‘Sto Male’ u spiċċat l-ewwel post. Waqt li Nedved Galea li ħa sehem f’kategorija ‘D’ għal kantanti ta’ bejn 16 u 18 -il sena ħa sehem bil-kanzunetti ‘Rose Rosse’ u ‘Zombie’ u spiċċa wkoll rebbieħ tal Grand Prix f’kategorija D.