It-Tlieta filgħaxija mara instabet mitlufa minn sensiha fi Triq Patri Magri l-Ħamrun.
Jidher li l-mara kellha xi ġrieħi fuqha, u l-Pulizija qed tqies dan il-każ bħala wieħed ta’ vjolenza domestika.
L-identita’ u l-kundizzjoni tal-mara għadhom ma’ ġewx magħrufa. Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.
Il-mara nstabet għal ħabta tad-9:00pm.