Aktar minn 800,000 passiġġier mistennija li jgħaddu mill-port tal-Belt Valletta matul din is-sena. Dan ġie żvelat mill-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi waqt għeluq mis-70 sena minn kemm ilha li twaqfet il-kumpanija tal-cruiseliners COSTA.
L-industrija turistika fil-qasam tal-cruise liners mistennija li tkompli tissaħħaħ f’pajjiżna. Dan hekk kif minn April tas-sena li ġejja l-kumpanija COSTA ser terġa tibda topera cruise liners li jitilqu minn Malta u jerġgħu jiġu f’Malta. Din il-miżura ser twassal għal tbassir eċċellenti fil-qasam turistiku għas-sena d-dieħla. Dan hekk kif b’din l-inizjattiva ser issarraf f’żieda ta’ aktar turisti li tlaħħaq mat-tnejn u sebgħin elf turist aktar.
Il-kumpanija COSTA għandha oriġini Taljani u mistennija li tkompli żżid il-flottot tagħha bil-għan li toffri aktar servizzi lit-turisti. Dawn il-bastimenti iġorru mat-tlett elef passiġġier.
Intant, il-Gvern għaddej b’ħidma sabiex eventwalment tiġi mfassla il-viżjoni għall-2025 bil-għan li Malta tkompli tolqot aktar turisti sabiex jagħżlu lill-pajjiżna bħala d-destinazzjoni turistika tagħhom.