Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejjin b’ħidma qawwija biex jitfu nirien kbar li ħakmu jott lussuż fil-jott marina tal-Birgu.
Xhieda fuq il-post qalu ma’ one.com.mt li kien għall-ħabta tal-12.15 p.m. meta nstemgħet splużjoni kbira fil-Port il-Kbir li dwiet ma’ bosta nħawi fil-madwar.
L-isplużjoni kkawżat daħna kbira sewda li ksiet il-port b’nugrufun iswed.
Bħalissa membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-ħaddiema oħra tal-port qed jippruvaw joħorġu lid-dgħajsa f’nofs il-port sabiex jiġi evitat il-periklu li jkompli jinxtered in-nar.
Fuq il-post issejħet ukoll l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei kif ukoll ir-rescue launch tal-AFM Melita 1.
Fil-ħin tal-inċident ma jidhirx li kien hemm nies fuq id-dgħajsa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Ritratt ewlieni: Aaliyah bonello