Konrad Dimech ta’ 44 sena nżamm arrestat wara li kien akkużat bi frodi lil għadd ta’ barranin b’depożiti biex jikru appartamenti li ma kinux tiegħu.
Il-vittmi jidher li għamlu kuntatt mar-raġel minn reklam fuq l-internet u wara li ħallsuh, indunaw li dawn kienu diġà mikrija.
Fil-qorti ntqal li l-ammont ta’ depożitu li ħa Dimech jaqbeż il-€5,000. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Iskwadra tal-Reati Ekonomiċi quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, flimkien mal-Ispetturi Elton Taliana u Bernardette Vella.
Min-naħa l-oħra, għad-difiża deher l-avukat tal-għajnuna legali, Raisa Colombo.