Raġel ta’ 58 sena minn Marsaxlokk jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara inċident f’Birżebbuġa l-Ħadd waranofsinhar. Kien għall-ħabta tas-1:30 meta l-mutur li kien qed jinstaq mill-vittma ħabat ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn Ġermaniż ta’ 82 sena li jgħix Birżebbuġa.
Il-vittma ttieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet magħrufa l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret bosta esperi biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.