Is-Sagristan tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann Godwin Dalli talab skuża pubblika dwar l-inċident li seħħ il-Ħadd filgħodu wara li l-Arċisqof Charles Scicluna sab fil-kalċi l-whisky flok l-inbid.
Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, is-sagristan qal li waqt li m’għandux tort għal dak li ġara, xtaq jitlob skuża għal dak li seħħ waqt il-quddiem tal-11.00 a.m.
Spjega li wieħed mill-voluntiera li mar iħejji l-offerti tfixkel fl-armarju fejn jitqiegħdu l-flixken tal-inbid għall-quddies. Qal li bi żabb fittex f’armarju ieħor u sab flixkun li kien mimli bil-whisky flok l-inbid.
Sostna li dan ma sar bl-ebda disprezz jew b’ċajt kif forsi kien hemm min ħaseb li sar. Żied jispjega li għal din il-quddiesa tħejjew żewġ kalċijiet li wieħed minnhom kien bl-inbid u b’hekk il-quddiesa setgħet tkompliet b’normali.
Dlonk il-messaġġi ta’ solidarjetà minn bosta li faħħru l-ħidma siewja u imprezzabbli li jwettaq bħala sagristan iddedikat u b’imħabba kbira f’wieħed mill-isbaħ ġawhar ta’ pajjiżna.