Il-Kummissarju Ewropew tat-Trasport Violeta Bulc iddeskriviet il-proġett tal-Junction tal-Marsa bħala proġett inkredibbli u baqgħet impressjonata bix-xogħlijiet li għaddejjien.
Nies tekniċi li qegħdin jaħdmu fuq il-proġett tas-sebgħin miljun ewro, taw spejgazzjoni tax-xogħlijiet li għaddejjien lill-Kummissarju Ewropew.
Bulc qalet li dan il-proġett għandu koordinazzjoni tajba, u tħares il quddiem li tiġi Malta u tara l-proġett konkluz fl-elfejn u għoxrin. Proġett li fi kliema huwa importanti ħafna għal pajjizna u faħħret l-impenn tal-Prim Ministru Joseph Muscat li ħa l-inizjattiva sabiex pajjizna jagħmel dan il-proġett.
“I see how extremly urgent this project is for malta. Clear commitment and coordination with the Prime Minister and Minister.”
Il-Proġett tal-Junction tal-Marsa qiegħed isir b’fondi ewropej, bil-Kummissarju Ewropew esprimet is-sodisfazzjoni tagħha li l-flus taċ-ċittadini Ewropej qegħdin jiġu investiti fi proġett inkredibbli, li se jnaqqas it-traffiku fin-naħa t’isfel ta’ malta.
“Very important investment I had to see and I’m very happy phases are delivered as schedule.”
Bħalissa, l-proġett tal-Junction tal-Marsa qiegħed fi stadju importanti ħafna, fejn qiegħed isir ix-xogħol fuq il-pedamenti għall-pilastri li fuqhom se jistrieħu l-ewwel pontijiet fil-proġett.
Bl-ewwel żewġ pontijiet minn sebgħa mistennija jkunu lesti sas-sajf li ġej u se jgħaqqdu Triq Aldo Moro ma’ Triq Garibaldi.
Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg irringrazzja lill-Kummissarju Ewropew tal-kummenti pozittivi u reġa enfasiza l-importanza ta’ dan il-proġett għal pajjizna.
“Nilqgħu l—kummenti pozittivi u inkoraġanti imma huma kummenti li anki qeghdin iħossu in-nies dan il-proġett importanti li qabel in-nies kienu jeħlu u issa traffiku se jibqa għaddej.” qal il-Ministru Borg
Il-proġett tal-Junction tal-Marsa jinkludi seba flyovers u aktar minn tnax-il kilometru ta’ korsiji ġodda jew mibnija mill-ġdid.
Il-proġett, jinkludi ukoll passaġġi pedonali u korsiji għaċ-ċiklisti ġodda u faċilità tal-park and ride. Il-proġett mistenni jkun lest sal-aħħar tas-sena d-dieħla.