Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li s-suċċess ta’ Malta huwa riżultat tal-fatt li l-Gvern ma beżax iwettaq ir-riformi li kien jeħtieġ pajjiżna.
Dr Muscat qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat minn Stefano Mallia f’attivita mtella’ mill-Kamra tal-Kummerċ li trattat il-qagħda tal-ekonomija Maltija..
Il-Prim Ministru qal li jkun iktar faċli għall-Gvern li ma jagħmilx il-bidliet. Izda, sostna li l-mument li gvern jieqaf jagħmel riformi u l-bidliet, l-ekonomija tibda tistagħġna.
F’dawn is-sitt snin il-gvern daħħal fis-seħħ għadd tar-riformi fosthom fis-settur tal-enerġija, u bħalissa l-gvern għaddej b’ħidma biex Malta tkun fost l-ewwel pajjiżi li taqleb għal karozzi elettriċi.
Riforma oħra li tkellem dwarha l-Prim Ministru kienet dik li aktar nisa jkunu mħeġġa li jieħdu sehem fil-politika u jidħlu fis-suq tax-xogħol. Bil-Gvern daħħal s-servizz taċ-childcare b’xejn sabiex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-istorja parlamentari turi li kienu biss sebgħa u għoxrin mara li ġew eletti fil-Parlament. Hawnhekk tkellem dwar ir-riforma importanti, li tħabbret sabiex ikollna aktar rapprezentanza ugwali fil-Parlament.
Għaldaqstant, il-Prim Ministru qal li l-isifida tal-gvern tkompli tkun li jwettaq bidliet neċessarji.
Mistoqsi jekk l-ekonomija hix tikber b’rata mgħaġġla, Dr Muscat qal li xogħlu bħala Prim Ministru hu li jiżboq it-tbassir ekonomiku ta’ pajjiżna.
“Will not be part of any conversation, it will rain cats and dogs to prepare for a rainy day we need to work more.”
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-isfidi ta’ Brexit u oqsma ekonomiċi ġodda li qiegħed joħloq pajjizna fosthom il-blockchain, l-intelliġenza artifiċjali u l-politika l-ġdida tal-ispazju.
Dwar it-trasport, il-Prim Ministru qal li sistema ta’ trasport tal-massa bħalissa, bil-popolazzjoni ta’ pajjizna kif inhi, hija vijabli biss minn Tas-Sliema għal San Ġiljan.