FILMAT: Merħba ta’ eroj għall-atleti ta’ Special Olympics Malta

Merħba ta’ eroj għat-28 atleta Malti tal-Ispecial Olympics, li rrappreżentaw lil pajjizna fil-logħob tal-Olimpijadi Speċjali f’Abu Dhabi fejn rebħu 40 midalja – 12 deheb, 13 fidda, u 15 bronz.

L-entużjażmu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għal din il-wasla kien kbir – bi qraba u ħbieb ta’ dawn l-atleti jilqgħuhom bi bżieżaq, kartelluni, tbissim, tgħanniq u kliem ta’ ferħ.

L-ispirtu pożittiv kien evidenti fl-atleti li rrapreżentaw lil pajjiżna.

Fost dawk jistennew din il-wasla kien hemm iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, is-Sinjura Michelle Muscat, li ferħet lit-tim kollu, inkluż il-kowċis u l-kontinġent Malti għall-appoġġ tiegħu.

Tenniet li l-midalji jagħtu sodisfazzjon kbir, imma hi kburija b’kull wieħed u waħda mill-atleti, li wrew impenn kbir fid-dixxiplini rispettivi tagħhom – impenn li hu ta’ eżempju għal kull wieħed u waħda minna. Għax kif jgħid il-motto ta’ special Olympics ‘ let me win, but if I cannot win let me brave in the attempt’.

“Aħna għalina xorta winners, għax l-impenn kien qiegħed hemm u they are brave, they are our brave children. U nibqgħu naħdmu magħhom biex nibqgħu nġibu r-riżultati u nibqgħu nkunu ta’ eżempju biex fid-dinja qatt ħadd ma jaqta’ qalbu,” qalet Michelle Muscat.

Saħqet li minn hawn tkompli l-ħidma kontinwa ta’ taħriġ, biex fil-kompetizzjonijiet li jmiss jieħdu sehem iżjed atleti u atleti differenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend