L-ex Prim Ministru Alfred Sant qal li s-souzzjonjiet għall-konnettivita` bejn Malta u Għawdex għandhom jirriflettu l-bżonnijiet tal-Għawdxin li jgħixu Għawdex u jħarsu s-sbuħija naturali ta’ Għawdex u ta’ Malta. Alfred Sant qal dan meta fl-Għarb iltaqa’ mal-Kumitat Laburista tal-Għarb u kanditati għall-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali tal-Għarb. L-aqwa soluzzjoni għall-konnettivita` bejn Malta u Għawdex hija servizz ta’ fast ferry issusidjat mill-Gvern, imma sfortunament dan il-proġett inqabad fi proċeduri legali fil-qrati.
Alfred Sant qal li l-Gozo Channel għandhom jikkummissjonaw vapur ieħor biex ilaħħaq mad-domanda dejjem tiżdied ta’ nies li jaqsmu bejn Malta u Għawdex, waqt li irrefera għall-istħarriġ li jindika appoġġ fost l-Għawdxin għall-mina bejn Malta u Għawdex.
Ir-residenti tal-Għarb spjegaw lil Alfred Sant li l-popolazzjoni fir-raħal tagħhom qed tiżdied bil-wasla ta’ Maltin u barranin li jagħżlu biex jgħixu fl-Għarb. Dan wassal biex jiftħu aktar ristoranti u tiżdied l-akkomodazzjoni għal turisti f’farmhouses u boutique hotels ġodda.
Alfred Sant qal li l-Gvern Laburista jixraqlu kull tifħir għall-mod kif qed iħajjar aktar turisti u barranin jagħżlu lil Għawdex bħala d-destinazzjoni tagħhom. L-MEP wiegħed lill-Għawdxin li jekk jerġa’ jkun elett fil-Parlament Ewropew jibqa’ l-vuċi tal-Għawdxin u jibqa’ jaħdem ma’ MEPs minn gżejjer oħra fl-UE biex jiżġura għajnuna finanzjarja u fondi għal Għawdex fil-ħames li ġejjin.