Tmut Imane Fadil , mudella Marokkina b’konnestjonijiet mal-ex Prim Ministru tal-Italja Silvio Berlusconi.
Hija mietet fl-1 ta’ Marzu , ta’ 34 sena u kienet tattendi ħafna mill-parties li kien jorganizza l-ex Prim Ministru allegatament u xehdet kontrieh.
Riċentament hija kienet fil-proċess li tikteb ktieb fuq l-esperjenzi tagħha. Il-prosekuturi Taljani għandhom informazzjoni li din setgħet ġiet ivvelenata.
Fadil kienet ukoll waħda mix-xhieda tal- prosekuzzjoni fl-2012 kontra Berlusconi li dak iż-żmien affaċja allegazzjonijiet li kien ħallas biex ikollu relazzjonijiet sesswali ma’ minuri u li uża l-pożizzjoni tiegħu biex jgħatti l-evidenza.