Żagħżugħ ta’ 26 sena mis-Siġġiewi inżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li stupra tfajla b’diżabilità ta’ 19-il sena.
Fil-Qorti intqal kif l-akkużat kien f’relazjoni intima mal-vittma u kien ikollu x’jaqsam magħha regolarment. Darba minnhom it-tfajla ma riditx iżda l-akkużat qabadha minn għonqha u ġiegħla jkollha x’taqsam miegħu bilfors.
It-tfajla qalet b’dan lil ommha li minn naħa tagħha rraportat l-akkużat lill-Pulizija.
Id-difiża għamlet talba għal ħelsien mill-arrest madankollu l-Maġistrat Audrey Demicoli ċaħdet it-talba minħabba biża ta’ ntraċċ tal-provi u għalhekk l-imputat inżamm arrestat.