Frederick Dalli ta’ 36 sena minn Wied il-Għajn ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li ta daqqa ta’ ponn lis-sieħba tiegħu Natasha Bugeja u li magħha għandu tifla.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli ordnat li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma kif ukoll li jħallas depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.
Għall-imputat dehru l-avukati Alfred Abela u Rene Darmanin mentri għall-vittma deher l-Avukat Mario Mifsud.