Il-kumpanija Amerikana Boeing waqqfet l-ajruplani kollha tagħha tat-tip 737 Max milli jtiru.
Wara li l-Unjoni Ewropea waqqfet dawn l-ajruplani mill-jtiru fit-territorju tagħha segwew il-Kanada, u l-Istati Uniti permezz ta’ rapport mill- Federal Aviation Administration.
Dan seħħ – qed jintqal – wara evidenza ġdida li rriżultat dwar il-waqgħa tal-ajruplan ta’ dan it-tip fl-Etjopja.
Dan kollu wassal lill-kumpanija tal-ajruplani Amerikana biex l-ajruplani kollha tagħha f’dak il-mudell jiġu sospiżi milli jtiru.
Dan kollu seħħ wara inċident fl-Etjopja li wassal għall-mewt ta’ 157 persuna, u li segwa inċident ieħor simili f’Ottubru fl-Indoneżja – bl-istess mudell ta’ ajruplan – u li ħalla 189 persuna mejta.