Żewġ anzjani minn Ħal Qormi ndarbu gravi wara li dalgħodu ttajru minn vettura f’Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li fis-sebgħa tal-Erbgħa filgħodu fi Triq il-Vitorja, mara ta’ 72 sena u raġel ta’ 73 sena ntlaqtu minn Ford Fiesta li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 33 sena minn Ħal Qormi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.