Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, ħareġ twissija b’rabta ma’ żejt tal-palma li m’għandhux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih il-kulur Sudan Red IV li mhux awtorizzat.
Isem tal-prodott: Palm Oil (Palma de aceite puiro de Ghana)
Ditta: MP Zomi Oil
Data tad-durabbiltà: 31/12/2019
Użin: 1 liter
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home Page.aspx għal informazzjoni simili.