Franċiż ta’ 33 sena tressaq il-Qorti wara li nqabad juża passaport Taljan falz.
Issa Traore deher quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello iktar kmieni llum wara li lbieraħ ġie arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif kien se jaqbad titjira lejn Ruma.
Traore ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Intant il-Prosekuzzjoni qalet li każijiet simili qed isiru iktar frekwenti u b’hekk il-Qorti tgħat lill-akkużat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin.