Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li sewwiet il-ħsara fil-mejn tal-ilma bejn Malta u Għawdex kawża tal-maltemp.
Fi stqarrija, il-korporazzjoni qalet li matul il-maltempata ġiet osservata pressjoni mhux normali fil-mejn f’qiegħ il-baħar. Qalet li malli bnazza, grupp ta’ għaddasa sabu ħsara kbira fl-ewwel mitt metru qrib il-gżira ta’ Kemmuna.
Fil-filmat li qegħdin taraw bħalissa tista’ taraw il-ħsara kbira li ġarrab il-mejn bil-korporazzjoni tgħid li kien jeħtieġ xogħol estensiv biex tiġi rrangata l-ħsara fl-iqsar ħin possibbli.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Richard Bilocca ta ħajr lill-ħaddiema kollha għax-xogħol li sar biex il-ħidma setgħet tibqa’ għaddejja anke f’ċirkostanzi mill-aktar diffiċli.