Il-Partit Nazzjonalista għadu f’baħar ta’ inkwiet, bil-qasma bejn il-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil hija waħda evidenti.
Waqt il-programm “Dissett”, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli kellu kliem iebes lejn Simon Busuttil u d-deputat Nazzjonalista, li kkontesta kontra Delia fit-tellieqa għall-kap tal-partit Chris Said.
Kif żvelat mill-gazzetta “Kullħadd”, Simon Busuttil u Chris Said tul is-sena li għaddiet m’attendewx u kienu assenti għal-laqgħat tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Clyde Puli qal li Simon Busuttil u Chris Said għandhom jużawh sew is-siġġu li għandhom fl-eżekuttiv.
Clyde Puli, is-Segretarju Ġenerali tal-PN qal: “Jiena naħseb li dak is-siġġu għandhom jużawh bl-aħjar mod possibbli”.
Apparti Busuttil u Said, nies qrib tiegħu Busuttil, fosthom David Casa, Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia wkoll m’attendewx kważi għal-laqgħat kollha tal-eżekuttiv.
Bil-messaġġ ta’ Puli jkun li għandhom jagħtu importanza lill-Partit Nazzjonalista.
Huwa kompla jirrimarka li: “Għandhom jagħtu iktar importanza lill-Eżekuttiv u anki lill-Partit”.
Clyde Puli wieħed mill-ftit persuni leali lejn Adrian Delia, viżibbilment nervuż, iddefenda lil Delia u qal li sofra ħafna attakki.
Kif allegat minn Daphne Caruana Galizia, Adrian Delia qiegħed iħabbat wiċċu ma’ allegazzjoni li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni. B’Adrian Delia qatt ma talab investigazzjoni dwar din l-allegazzjoni, sabiex il-pożizzjoni tiegħu tkun tenibbli.
B’referenza ċara għall-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u għall-attakki minn ġewwa, Puli qal li rikbu fuq din l-allegazzjoni.
Huwa kompla jirrimarka li: “Sofra minn attakki u kien hemm min rikeb fuqhom”.
Iżda, Clyde Puli ddefenda lill-Ewroparlamentari Nazzjonalisti David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech, mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, fil-ħidma tagħhom kontra pajjiżna f’istituzzjonijiet Ewropej.
Dak hu dmir tal-oppożizzjoni, wieġeb Puli fid-difiża tiegħu tal-ħidma li jwettaq kontra Malta fi Brussel il-Partit Nazzjonalista.
Huwa żied jgħid li: “Hija dmir tal-Oppożizzjoni”.
Skontu l-aġir tal-Ewropaparlamentari Nazzjonalista kien ħidma favur Malta.
Hawnhekk ġie iffaċċjat b’kaz fejn il-membri parlamentari Slovakki astjenew f’vot sabiex ma jaħdmux kontra pajjiżhom.
Reno staqsa: “L-isklovakja astjenew biex ma jivvutawx kontra pajjiżhom?”
Clyde Puli kompla jirrimarka li: “Ħdimna ħafna għall-interess ta’ pajjiżna”.
Clyde Puli kien inkonsistenti meta tkellem dwar is-saltna tad-dritt u ddefenda lill-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban li qiegħed jittradixxi d-demokrazija tant grupp ta’ partit fil-Partit Popolari Ewropej qed isejħu għat-tkeċċija mill-istess grupp.
Puli fl-aħħar nett qal: “Orban qiegħed jittradixxi l-valuri tad-demokrazija? Jista’ jkun li mhux bilfors.