L-eks chairman u kap eżekuttiv tal-kumpaniji tal-karozzi Nissan u Renault Carlos Ghosn ingħata l-ħelsien mill-arrest iktar minn tliet xhur wara li ġie arrestat fil-Ġappun.
Qorti fil-kapitali Tokyo tat dan il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija ta’ biljun yen.
Ghosn qed jaffaċċja akkużi ta’ finanzjament illeċitu fost l-oħrajn. Huwa qed jiċħad l-akkużi fil-konfront tiegħu.
Iż-żmien twil li għamel arrestat mingħajr ma ngħata l-ħelsien mill-arrest kien ġab kritika internazzjonali.