Nomina ta’ bniedem ta’ esperjenza u integrità  – One News

Notifiki

Nomina ta’ bniedem ta’ esperjenza u integrità 

Il-Partit Laburista jifraħ lit-tabib George Vella għan-nomina tiegħu bħala l-għaxar President tar-Repubblika ta’ Malta.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li t-tabib Vella hu bniedem magħruf għall-integrità tiegħu, għandu wkoll esperjenza twila fil-ħajja pubblika u għal bosta snin ħadem f’isem Malta fl-isfera internazzjonali.

Bħal oħrajn li servew f’din il-kariga qablu m’hemmx dubju li t-tabib Vella se jkun qed iservi l-pajjiż bl-aqwa mod u fl-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Il-Partit Laburista jsellem ukoll lill-President Marie Louise Coleiro Preca għax-xogħol impekabbli li wettqet u għadha twettaq minn din il-kariga.  Fost ħafna xogħol li wettqet permezz tal-Presidenza tagħha l-President Coleiro Preca tat vuċi ikbar lill-ħafna persuni fis-soċjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *