Miet il-kantant tal-grupp mużikali The Prodigy, Keith Flint, fl-età ta’ 49 sena.
Hu nstab mejjet fir-residenza tiegħu f’Dunnow f’Essex kmieni dalgħodu.
Il-Pulizija qalet kif is-sejba saret wara li saru telefonati jirrapporta dwar tħassib dwaru fejn sfortunatament hu nstab mejjet fir-residenza tiegħu.
Il-mewta tiegħu mhix qed titqies bħala waħda suspettuża.
Flint kien għadu kif irritorna fir-Renju Unit wara tour fl-Awstralja.