Jeanette Burke ta’ 41 sena, li kienet irrappurtata nieqsa fil-15 ta’ Frar li għadda, instabet mill-Pulizija.
Fi stqarrija, il-Korp tal-Pulizija qal li l-Ingliża tinsab f’qagħda tajba ta’ saħħa u mhi f’ebda periklu.
Il-Pulizija żiedet tirringrazzja lil kull min b’xi mod għen fit-tfittxija għal din il-mara.