Teknoloġija avvanzata għal titjib fil-kwalità tal-ħajja – One News

Notifiki

Teknoloġija avvanzata għal titjib fil-kwalità tal-ħajja

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri qal li l-Gvern qed iħares lejn użu ta’ teknoloġija 5G biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Huwa qal dan waqt li attenda għall-Kungress Mobile World f’Barcelona li ħadu sehem fih mal-2,500 kumpanija fil-qasam.

Qal li l-użu ta’ mobile technology tista’ ġġib bidla pożittiva f’oqsma bħal dak tas-saħħa, it-trasport u l-agrikoltura fost oħrajn.

Silvio Schembri isSegretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali qal: “Permezz ta’ ċurkett jew pendent jew ear rings nistgħu naraw persuni bħal anzjani li jbatu minn dimensja l-parentali tagħhom illi n-nies li jieħdu ħsiebhom ikun jafu in real time fejn jinsabu fejn jinsabu”.

Is-Segretarju Parlamentari Schembri qal li huwa importanti li Malta żżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi li jkunu qed iseħħu fid-dinja.

Huwa kompla billi qal: “Dan huwa għalfejn aħna qiegħdin hawnekk biex naraw li Malta tkun fuq quddiem ukoll f’dan is-settur”.

Intant waqt il-kungress ġew ppreżentati mudelli ta’ prodotti tal-aħħar teknoloġija bħall-tablets, drones u saħansitra karozzi li jinstaqu waħedhom minn uħud mill-iktar kumpaniji kbar minn madwar id-dinja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend