Ħadd ma ndarab fi sparatura li allegatament seħħet tard it-Tnejn filgħaxija fi Triq il-Prinjol f’Santa Luċija.
Sorsi qrib l-investigazzjonijiet qalu lil one.com.mt li l-isparatura seħħet għall-ħabta tal-10.30 p.m. Jidher li fl-inċident intużat arma ta’ kalibru żgħir.
Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li l-pulizija għad trid tistabbilixxi x’wassal għal din l-isparatura. Mhux magħruf l-anqas jekk il-pulizija hux iżżomm xi persuni biex jgħinuha fl-investigazzjonijiet tagħha.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.