Il-President Donald Trump innomina lil Kelly Craft, li bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti biex tieħu post Nikki Haley bħala r-rappreżentanta tiegħu fin-Nazzjonijiet Uniti.
Madanakollu, Craft għandha bżonn tkun konfermata mis-Senat Amerikan.
Trump qal li Kelly għamlet xogħol siewi ħafna billi rrappreżentat in-Nazzjon Amerikan u m’għandux dubju li bid-direzzjoni tagħha, il-pajjiż se jkollu rappreżentanza brillanti”.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo stqarr, li Craft għandha kwalifiċi eċċellenti biex tokkupa din il-kariga.