Illum wara nofsinhar, għall-ħabta tat-3.00pm persuna kienet involuta f’inċident flakkwati ta’ Fra Ben il-Qawra.
Il-persuna kienet qed tipprattika l-paragliding meta ħabtet mal-blat.
Il-Pulizija marru fuq il-post, u sejħu għall-assistenza ta’ tim mediku minn Mater Dei u tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-kundizzjoni tal-persuna għada mhux magħrufa, imma mill-ewwel informazzjoni li għandna jidher li ġarrbet ġrieħi gravi.